Kmieni dalgħodu ajruplan tat-Turkish Airlines kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza medika fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li passiġġier abbord, żagħżugħ ta’ 16-il sena, kellu diffikultà biex jieħu n-nifs.
L-ajruplan THY47M niżel Malta fit-2.53am u telaq minn pajjiżna għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu.
Kelliem għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma din l-istorja filwaqt li qal li mill-informazzjoni li sa issa ingħatat iż-żagħżugħ intilef minn sensih, bil-pilota jkun kostrett li jinżel fl-aktar ajruport qrib biex il-passiġġier ikun jista’ jingħata l-kura meħtieġa.
//= $special ?>