Internazzjonali

Brażil: Minn tal-anqas 5 persuni tilfu ħajjithom wara li taqa’ biċċa minn irdum

Fil-Brażil minn tal-anqas ħames persuni mietu wara li biċċa mill-irdum waqgħet f’għadira li fiha kien hemm numru ta’ dgħajjes mimlija bit-turisti.

Sa issa l-ammont ta’ vittmi huwa dak ta’ 5, b’rapporti jgħidu li hemm 20 persuna jinsabu mitlufa filwaqt li 32 persuna qed isofru xi feriti.

Fil-filmat t’ hawn fuq wieħed jista’ jsegwi l-għajjat tan-nies meta seħħ l-inċident, bil-ġebel jaqa’ fuq dgħajsa mimlija persuni. (il-filmat jaf ikun grafiku għal uħud)

L-inċident seħħ fil-11am ħin tal-Brażil, b’esperti qed jisħqu li jista’ jkun ix-xita li laqtet lill-istat ta’ Minas Gerais fl-aħħar jiem għenet biex l-irdum ċeda.