Internazzjonali

Għexieren ta’ persuni jinqatlu wara attakk mill-ajru fl-Etjopja

Aktar minn 50 persuna nqatlu wara attakk mill-ajru f’kamp ta’ għajnuna fir-reġjun ta’ Tigray fl-Etjopja.

Rapporti internazzjonali qalu li f’dan l-attakk weġġgħu minn tal-anqas 30 persuna, b’numru ta’ persuni qed jirċievu l-kura fl-isptar. Il-kamp kien qed jilqa’ fi ħdanu għadd ta’ nisa u tfal b’sorsi qalu li l-attakki seħħew għall-ħabta ta’ nofsillejl.

Fl-aħħar jiem il-Gvern tal-Etjopja qed ikun akkużat li qed iwettaq attakki bla preċident fuq ir-reġjun ta’ Tigray. Konflitt li issa ilu għaddej 14-il xahar.