Wasalna fi stadju fejn huwa importanti ferm li jkollna aċċess għaċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-impjegati kollha.
Hekk stqarret il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb wara li ftit tal-jiem ilu l-Awtorijtajiet tas-Saħħa ħabbru li mhux se tibqa’ tkun ippubblikata ittra biex persuna toħroġ mill-kwarantina.
Issa l-kwarantina se tiġi ordnata meta wieħed jirċievi l-covid positive test, hekk kif fih se jkun hemm l-ordni li l-membri li joqodgħu fl-istess residenza tal-persuna li hija positive, joqogħdu fi kwarantina. It-tul ta’ din il-kwarantina tiddependei jekk il-persunii jkunu vaċċinati jew le.
Net News tkellem ma’ Marisa Xuereb fejn spjegatilna iktar fid-dettall dak li qed titlob il-Kamra tal-Kummerċ.
“Bħala employers, din l-informazzjoni aħna sa issa m’għandniex dritt li jkollna. Għalhekk aħna qed ngħidu li l-employer għandu jkollu aċċess għall-vaccine certificate biex ikun jista’ jiddetermina l-kwarantina kemm tkun twila… anke biex ma jkunx hemm abbużi.“
Il-Kamra tal-Kummerċ tisħaq li għandna nistrieħu iktar fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin anke fl-implimentazzjoni tal-kwarantina.
“Rigward il-familjari nħossu li hija nuqqas ta’ etika li wieħed jitlob ukoll vaccination status tal-familjari li jkunu jgħixu fl-istess dar. Jiġifieri aħna li qed nirrakomanda li nimxu fuq il-vaccine status tal-individwu li jkun impjegat tagħna. Jekk verament nemmnu fihom dawn il-vaccines, importanti li nistrieħu fuqhom daqsxejn iktar anke fl-implimentazzjoni tal-kwarantina.“
Hija żiedet tgħid li l-Kamra tal-Kummerċ ilha għal żmien twil titlob li jkollha aċċess għaċ-ċeritifkat tal-vaċċin, anke sabiex il-ħaddiema kollha jkunu protetti.
Il-Malta Chamber tappella lill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex jevalwaw dak li qed jiġi implimentat f’pajjiżi oħra u jikkunsidraw li jitnaqqas il-perjodu ta’ kwarantina.. anke fid-dawl taż-żieda tal-għoti tal-booster.
//= $special ?>