Aktar minn 20 persuna mietu maqbuda fil-borra, hekk kif kienu qed jivvjaġġaw bil-karozza tagħhom lejn it-Tramuntana tal-Pakistan.
Il-militar tal-pajjiż qed jipprova jiftaħ mill-ġdid it-toroq bħala tentattiv li jsalva lin-nies qrib il-villaġġ li jinsab fl-għolja ta’ Murree hekk kif f’din il-muntanja hemm kumpless turistiku fit-Tramuntana tal-kapitali Islamabad.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li madwar elf vettura baqgħet maqbuda fil-highway minħabba tempesta qalila bil-borra.
//= $special ?>