Il-Ġappuniża Naomi Osaka soffriet injury oħra din id-darba waqt li kienet qed titħarreġ qabel is-semi-final tagħha fit-tournament ta preparazzjoni għall-Open tal-Awstralja. Minkejja dan, Osaka xorta qed tippjana biex fis-17 tax-xahar tiehu sehem fil-Grand Slam tal-Awstralja.
Hi stqarret li kienet ddispjaċuta li kellha tweġġa’ ta bla ħsieb, iżda se tagħmel minn kollox biex tirritorna kemm jista’ jkun malajr.
Osaka kienet qed tagħmel ir-ritorn tagħha fl-azzjoni wara waqfa ta erba’ xhur hekk kif sofriet injury fl-aħħar tournament li pparteċipat fih.
Osaka kellha bidu ferm tajjeb għal din is-sena wara li rebħet l-ewwel tliet logħbiet tagħha fit-turnament ta’ Melbourne.
//= $special ?>