Nuqqas ta’ qbil dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fl-Italja. Dan fid-dawl tal-firxa tal-varjant Omicron.
Il-Gvern Taljan irid li l-istudenti jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola nhar it-Tnejn li ġej. Izda l-Gvernaturi tar-reġjuni jridu li r-ritorn tal-istudenti jkun postpost għal mill-inqas ħmistax-il ġurnata oħra.
Il-president tar-Reġjun tal-Campania Vincenzo De Luca, qed jinsisti li l-iskejjel m’għandhomx jiftħu għalissa minħabba li m’hemmx restrizzjonijiet siguri f’dawk li għandu x’jaqsam mal-pandemija tal-Covid.
Izda l-Prim Ministru Taljan tal-Edukazzjoni Patrizio Bianchi qed jinsisti li huwa fl-aħjar interess għall-istudenti li dawn jirċievu t-tagħlim fuq il-bankijiet tal-iskola. Dan anke wara li l-istudenti għaddew minn sentejn diffiċli minħabba din il-pandemija.
Huwa qal li din is-sena s-sitwazzjoni hija kemmxejn differenti minħabba li n-nies qegħdin jitlaqqmu u għalhekk hemm iktar protezzjoni kontra dan il-virus.
//= $special ?>