Kienu bosta reazzjonijiet pożittivi għall-abbozz ta’ liġi li preżenta dalgħodu l-Partit Nazzjonalista. Abbozz ta’ liġi deskritt mill-Kap tal-PN Bernard Grech bħala wieħed li se jkun qed jindirizza n-nuqqas ta’ deċiżjonijiet ta’ Robert Abela u jħares lill-poplu Malti u Għawdxi.
F’dan l-abbozz hemm 12-il liġi differenti u li se jkunu qed jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan l-Abbozz se jkun qed jitressaq quddiem il-parlament fil-ġranet li ġejjin.
Dan l-abbozz ta’ liġi t-Times of Malta ddeskrivitu bħala mega bill. B’rapport li tenna l-messaġġ ta’ Bernard Grech li dawn il-proposti se jkunu qed jgħinu lill-Malta toħroġ mil-lista l-griża tal-FATF.
It-Times kompliet li dan l-abbozz se jkun qed jemenda l-kodiċi krimnali u l-kostituzzjoni.
Is-sit LovinMalta għamel elenku fuq l-att li jipprevedi l-ħolqien ta’ reati ġodda ta’ użu illegali ta’ riżorsi elettroniċi mhux uffiċjali minn uffiċjali pubbliċi.
The Malta Independent tenniet li dan l-abbozz se jkun qed jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, b’att partkolari biex jipprovdi għall-ħolqien ta’ reat ġdid kontra l-kriminalità organizzata billi jipprovdi ghall-assoċċjazzjoni kriminali ta’ bixra mafjuża.
//= $special ?>