Internazzjonali

Twissija wara l-oħra ta’ maltemp u riħ kiesaħ fir-Renju Unit; riskju li l-borra tagħmel ħsarat

Fl-aħħar sigħat fir-Renju Unit ħarġu għadd ta’ twissijiet ta’ maltemp u riħ kiesaħ li se jkun qed jolqot l-inħawi tal-Majjistral tar-Renju Unit, b’riskju li anki tinżel il-borra u tagħmel il-ħsarat f’għadd ta’ zoni.

Fl-Iskozja infatti ħarġu istruzzjonijiet ta’ wieħed x’għandu jagħmel meta jinqabad f’maltempata tal-borra.

L-appell mill-awtoritajiet Brittaniċi huwa biex kemm jista’ jkun il-persuni jibqgħu ġewwa u jimxu mal-istruzzjonijiet li jtuhom l-awtoritajiet esperti, hekk kif din ix-xitwa qed tkun deskritta bħala waħda mill-aktar qalila għall-gżejjer Brittaniċi.