Wara sena u sitt xhur, Norma Saliba tneħħiet mill-kariga tagħha ta’ Editur fil-PBS, għalkemm se żżomm l-irwol tagħha bħala l-Kap tal-Aħbarijiet tax-Xandir Pubbliku, u se tibqa’ responsabbli mill-aħbarijiet imxandra fuq TVM.
L-editur, li fuqu taqa’ ir-responsabbiltà legali, se jkun iċ-Chief Operations Officer Charles Dalli.
Skont sorsi mill-qalba tal-PBS, kwotati fil-ġurnal Sunday Times, jidher li r-raġuni uffiċjali wara din il-manuvra kienet biex il-PBS jibda jimxi mar-rekwiżiti mniżżla mill-European Broadcasting Union. Għalkemm ħaddiema li tkellmu ma’ Net News qalulna li fl-aħħar jiem kien hemm gwerra sħiħa fil-kurituri tal-PBS fejn kompla jiżdied l-indħil.
Dan wassal biex diversi ħaddiema fi ħdan il-PBS mhumiex kuntenti bil-mod li qiegħed jitmexxa l-istazzjon pubbliku, bid-dgergir kien sploda wara li Norma Saliba daħlet tmexxi n-newsroom.
Intant, meta mistoqsi dwar dawn il-manuvri, il-Ministru Carmelo Abela baqa’ ma wegibx.
It-tahwid intern fi ħdan il-PBS mhix xi ħaġa ġdida, hekk kif Awwissu li għadda t-Times irrapurtat ukoll kif diversi ġurnalisti fi ħdan ix-Xandir mhumiex qiegħdin jitħallew jirrapurtaw stejjer li jmorru kontra l-Gvern Laburista. Dan apparti manuvri ohrajn biex jiddahhlu nies, jew jinghataw programmi, lil persuni li aparentament jappogjaw lil Robert Abela b’saħħa.
Dawn il-manuvri jkomplu jagħtu kredibilita lir-rapport li ħareġ is-sena l-oħra mic-Ċentru Ewropew għall-Media, hekk kif din l-awtorità ikklassifikat lill-PBS bħala midja ikkontrollata mill-Gvern.
//= $special ?>