Il-Prinċipessa Basmah bin Saud — l-iżgħar tifla tar-Re Saud li mexxa lill-Arabja Sawdija bejn l-1953 u l-1964 — inħelset mill-ħabs fejn kienet ilha miżmuma għal dawn l-aħħar tliet snin. Magħha nħelset anki bintha, Sohoud, li kienet messha l-istess destin ta’ ommha.
Il-Prinċipessa Basmah (ritratt) spiċċat arrestata f’Marzu tal-2019 meta kienet qed tħejji biex tivvjaġġa lejn l-Iżvizzera għall-ħteġiet tas-saħħa. Sallum ħadd ma jaf ir-raġuni għalfejn Basmah spiċċat arrestata u meta la hi u lanqas bintha ma qatt tressqulhom akkużi dwar xi reat.
Uħud qed jispekulaw li l-arrest tal-prinċipessa seta kien irrelatat mal-impenji tagħha favur l-issues umanitarji u favur ir-riforma kostituzzjonali. Hi kellha wkoll rekord għall-kritika qalila tal-abbużi fil-konfront tal-bniedem,
//= $special ?>