Futbol Sport

Arsenal eliminati mill-FA Cup.. Rebħiet għal Liverpool u Tottenham

Arsenal kienu eliminati mill-FA Cup fit-tielet round meta f’City Ground kienu megħluba minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0. Arsenal iddiżappuntaw matul il-partita kollha fejn ma rnexxielhom jirreġistraw l-ebda xutt fil-lasti ta’ Nottingham Forest. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-83 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin kien is-sostitut Lewis Grabban li mill-viċin xeħet fix-xibka, fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji ta’ Nottingham Forest.

F’Anfield Liverpool kisbu rebħa faċli ta’ 4-1 fuq Shrewsbury Town. Kontra dak mistenni, kienu Shrewsbury li marru fil-vantaġġ fis-27 mintua b’konklużjoni mill-viċin ta’ Daniel Udoh. Liverpool kisbu l-gowl tad-draw fl-34 minuta meta kien Kaide Gordon li skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar ta’ Liverpool. It-tim immexxi minn Jurgen Klopp rdoppja għaxar minuti wara minn penalty ta’ Fabinho, Roberto Firmion jiskorja t-tielet gowl għal Liverpool fit-78 minuta. Liverpool għamluhom erba’ fit-93 minuta meta għal darb’oħra reġa’ kien Fabinho li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 4-1.

Tottenham ukoll avvanzaw għar-round li jmiss tal-FA Cup meta f’darhom għelbu lil Morecambe bl-iskor ta’ 3-0. Kienu Morecambe li marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Anthony O’Connor. Tottenham kellhom jistennew sal-74 minuta biex jiksbu l-gowl tad-draw meta kien Harry Winks li minn corner dirett tefa’ l-ballun fix-xibka. Lucas Moura tefa’ lil Tottenham fil-vantaġġ fil-85 minuta qabel fit-88 mintua kien Harry Kane li b’konklużjon fil-baxx niżżel ismu fost l-iskorers għal 3-1.

FA CUP

Il-Ġimgħa: Swindon v Man City 1-4 Ilbieraħ: Mansfield v Middlesbrough 2-3, Bristol v Fulham 0-1, Burnley v Huddersfield 1-2, Coventry v Derby 1-0, Hartlepool v Blackpool 2-1, Milwall v C’Palace 1-2, Barnsley v Barrow 5-4, Borehom v Wimbledon 2-0, Kidderminster v Reading 2-1, Leicester v Watford 4-1, Newcastle v Cambridge 0-1, Peterborough v Bristol R. 2-1, Port Vale v Brentford 1-4, QPR v Roterham 1-1, West Brom v Brighton 1-2, Wigan v Blackburn 3-2, Birmingham v Plymouth 0-1, Chelsea v Chesterfield 5-1, Hull City v Everton 2-3, Swansea v Southampton 2-3, Yeovil v Bournemouth 1-3 

Illum: Luton v Harrogate 4-0, Cardiff v Preston 2-1, Charlton v Norwich 0-1, Liverpool v Shewsbury 4-1, Stoke v Leyton Orient 2-0, Tottenham v Morecambe 3-1, West Ham v Leeds 2-0, Wolves v Sheff. Utd 3-0, Nottingham F. v Arsenal 0-1 Għada: Man Utd v Aston Villa 8.55pm