Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 563 każ ġdid – irreġistrata vittma oħra tal-pandemija

Huma 563 l-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati fil-Gżejjer Maltin fl-aħħar 24 siegħa.

Dan filwaqt li sfortunatament il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn is-Sibt u l-Ħadd raġel ta’ 63 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-virus.

Dan ifisser li f’temp ta’ sitt ijiem fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 9 imwiet ta’ persuni pożittivi għal Covid-19 għal total ta’ 488 fatalità.

Ġie imħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus naqas għal 115 madanakollu dawk rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva żdiedu marġinalment għal 7.

Intant ġew irreġistrati 1, 018 bħala persuni mfejqa u għaldaqstant l-każi attivi issa qed jammontaw għal 14,159.