Illum jingħata bidu għat-33 edizzjoni tat-Tazza Afrikana tan-Nazzjonijiet fejn fiha se jkunu qed jieħdu sehem 24 nazzjon. Din l-edizzjoni li tintemm bil-finali fis-6 ta’ Frar se tkun qed issir fil-Kamerun.
Din l-edizzjoni kellha tintlagħab is-sena li għaddiet iżda kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19 fejn b’konsegwenza ta’ dan f’din l-edizzjoni se jitħallew jidħlu biss partitarji li huma vvaċċinati jew li jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19. Fil-Kamerun huma biss 3% tal-poplazzjoni li huma mlaqqmin.
Il-favoriti li jirbħu dan it-tournament se jkunu r-rebbieħa tal-edizzjoni li għaddiet, l-Alġerija fejn għadhom ma tilfux partita sa mill-2018. Is-Senegal ukoll qed ikunu meqjusha bħala favoriti kif ukoll l-Equatorial Guinea, Ivory Coast u Sierra Leone.
Tazza Afrikana
Grupp A: Kamerun v Burkina Faso 5.00pm, Etjopja v Cape Verde 8.00pm
//= $special ?>