Indjan ta’ 26 sena ġie ċċertiikat li weġġa’ gravi hekk kif is-Sibt filgħaxijja għall-ħabta tat-8pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Toni Zahra, iż-Żejtun.
Il-Pulizija rrapurtat li minn stħarriġ prelimenarju rriżulta li l-ħabta seħħet bejn mutur Sym Symphony, li kien misjuq mill-Indjan u Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena li hu resident iż-Żejtun.
Madankollu, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>