Futbol Sport

Jispikkaw il-partiti f’Ruma u f’Milan

Matul il-jum tal-Ħadd mis-Serie A jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti fejn fost l-oħrajn jispikkaw il-partita bejn Roma u Juventus li se tintlagħab fi Stadio Olimpico u dik bejn Inter u Lazio.

Wara l-programm tradizzjonali tal-Epifanija fejn tħassru numru ta’ partiti minħabba każijiet ta’ Covid-19 f’numru ta’ timijiet, is-Serie A, ħarġet regolament fejn il-partiti kollha se jkunu qed jintlagħbu anke jekk it-timijiet ikollu numru ta’ player mill-iskwadra ewlenija pożittivi għall-Covid-19, bit-timijiet se jkollhom jutilizzaw players mill-Primavera.

Partiti oħra li jispikkaw hemm dik bejn Venezia u Milan, Napoli v Sampdoria u anke Torino u Fiorentina.

Serie A

Illum: Venezia v Milan 12.30pm, Cagliari v Bologna 2.30pm, Empoli v Sassuolo 2.30pm, Torino v Fiorentina 2.30pm, Napoli v Sampdoria 4.30pm, Udinese v Atalanta 4.30pm, Genoa v Spezia 6.30pm, Roma v Juventus 6.30pm, Inter v Lazio 8.45pm, Verona v Salernitana 8.45pm