Mijiet ta’ persuni li nqabdu fil-vetturi waqt li assedjati mill-maltemp bil-borra qalil kienu salvati mill-iskwadri tas-salvataġġ li ħaduhom lejn zoni aktar sikuri.
L-iskwadri qed jistinkaw biex ineħħu l-munzelli tal-borra mit-toroq lejn in-naħa ta’ fuq tal-Pakistan u wara li l-pulizija qalu li ‘il fuq minn 500 familja kienu damu s-sigħat f’sitwazzjoni diffiċli għall-aħħar.
Fil-maltemp mietu talanqas 22 persuna – inkluża familja ta’ tmienja — bit-traġedja sseħħ wara li numru ta’ turisti kienu marru fil-belt ta’ Murree, qalb il-muntanji, biex ‘jaraw il-borra nieżla’.
Intant, il-borra li kienet ilha nieżla min-nhar il-Ġimgħa anki qaċċtet is-siġar mill-għeruq minbarra li imblukkat it-toroq ewlenin li jagħtu lejn u ‘il hinn minn Murree.
//= $special ?>