Lokali

“Pass li kien meħtieġ u li jwassal messaġġ b’saħħtu” – l-editur tal-MaltaToday

“Il-liġijiet li preżenta lbieraħ il-PN kienu bżonnjużi. U żgur li permezz tagħhom se jitwassal messaġġ b’saħħtu favur is-Saltna tad-Dritt”.

Hekk stqarr f’messaġġ fuq Twitter l-editur tal-MaltaToday Matthew Vella meta kien qed jikkummenta dwar it-12-il abbozz illi ġew preżentati s-Sibt filgħodu mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Matthew Vella kien wieħed minn ħafna li fl-aħħar sigħat faħħru dan il-pass li ħa l-PN, illi fassal Abbozz ta’ Liġi importantissimu li fih jiġbro b’kollox 12-il abbozz separat.

Din l-iniżjattiva ta’ Bernard Grech ġiet deskritta mit-Times of Malta bħala mega bill. Filwaqt li l-Malta Independent spjegat kif dan l-abbozz se jkun qed jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.