L-edizzjoni ta’ llum ta’ SPORT EXTRA hija edizzjoni oħra speċjali rrekordjata f’Napli ftit tal-ġranet ilu fl-okkażjoni tal-75 Anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport tal-Italja. Fit-13 il-programm li jixxandar fuq NetTelevision mit-3.20 pm ‘l quddiem , għadd ta’ mistiedna u personalitajiet ta’ fama internazzjonali fosthom VINCENZO BONI, rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Logħob Paralimpiku ta’ Rio fejn ħa seħem wkoll f’Tpkjo 2020, PATRIZIO OLIVA rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-boxing fl-Olimpijadi ta’ Moska fl-1980, LUCA CURATOLI li kiseb il-midalja tal-fidda fil-fencing fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob Olimpiku f’Tokjo, DAVIDE TIZZANO, President tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran kif wkoll rebbieħ ta’ żewġ midalji tad-deheb fil-qdif fl-Olimpijadi ta’ Seoul fl-1988 u f’Barcelona fl-1992.
Mistiedna wkoll VALENTINO DE FEO, li ta’ 85 sena għadu kowċ tal-atletika kif wkoll GIAN FRANCO COPPOLA , President tal-Unione Stampa Sportiva Italiana.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Marco Marcantonio u ko-ordinazzjoni ta’ Carmine Giannattasio.
//= $special ?>