Coronavirus Lokali

437 każ ġdid; Ikkonfermata vittma oħra tal-Covid-19 f’pajjiżna

Mara ta’ 84 sena hija l-aħħar vittma tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna u l-għaxar waħda f’sebat ijiem, hekk kif bejn il-Ħadd u t-Tnejn kienu rreġistrati wkoll 437 każ pożittiv ġdid tal-virus … bit-total ta’ każi mill-ewwel jum tas-sena sal-lum ammontaw għal 8,350.

Fuq Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa qal ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus żdied għal 131 minn 115, filwaqt li l-għadd ta’ dawk rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva huma sebgħa.

Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat, 542 kienu meqjusin bħala mfejqa, bil-każi attivi issa qed jammontaw għal ftit aktar minn 14,000.