L-avukat Andy Ellul ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Deputat ġdid fil-Parlament Malti.
F’messaġġ qasir wara l-ġurament, Andy Ellul qal li hu se jkun qed jaħdem flimkien maż-żewġ naħat tal-Kamra fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Ellul huwa wieħed minn diversi deputati li intgħażlu direttament minn Robert Abela permezz ta’ co-option, minflok saret Elezzjoni Każwali.
Andy Ellul ħa s-siġġu Parlamentari wara r-riżenja tad-deputat Laburista Silvio Grixti.
//= $special ?>