Futbol Sport

Federico Chiesa se jitlef il-kumplament tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Taljan Federico Chies se jkun qed jitlef il-kumplament tal-istaġun u mistenni jdum nieqes mill-azzjoni għal numru ta’ xhur wara li testijiet urew li se jkollu bżonn jiġi operat f’irkopptu hekk kif weġġgħa l-cruciate.

Chiesa weġġgħa fil-partita tal-Ħadd kontra Roma. Chiesa se jkun ukoll qed jitlef il-partiti tal-play-off li t-tim nazzjonali Taljan se jkun qed jilgħab f’Marzu li ġej, partiti li se jkunu deċiżivi għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar li se ssir f’Diċembru li ġej.