Aktar kmieni llejla ġie ppreżentat lill-iskrivan tal-Kamra l-abbozz ta’ liġi mressaq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u li fih hemm xejn inqas minn 12-il abbozz ieħor li jindirizzaw l-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan l-abbozz ta’ liġi, għandu 12-il att differenti sabiex f’pajjiżna tieqaf l-impunitá u tiġi miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalitá organizzata. Abbozz li jindirizza wkoll in-nuqqas ta’ azzjoni ta’ Robert Abela b’mod partikolari biex pajjiżna joħroġ mil-lista l-griża tal-FATF.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Gvern għandu jiddiskuti dan l-abbozz b’mod urġenti.