Fil-bidu tas-Seduta Parlamentari tal-bieraħ, il-Kamra sellmet il-memorja tal-Professuri Albert Fenech u Victor Calvagna li kienu deskritti bħala nies kbar fil-qasam mediku f’pajjiżna li taw ħafna biex eluf ta’ pazjenti kienu kkurati.
Albert Fenech u Victor Calvagna kienu deskritti wkoll bħala persuni kbar li ddedikaw ħajjithom għall-pazjenti… fir-rigward tal-Kirurgu Albert Fenech b’risq dawk bi problemi ta’ mard tal-qalb u fir-rigward tat-Tabib Victor Calvagna b’risq tfal bi problemi ta’ kanċer.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech beda biex wera s-sogħba kbir tiegħu mal-partner u l-familja ta’ Albert Fenech li ddeskrivih bħala Professur ta’ qalb ġenwina u ġentili li serva wkoll fil-Parlament għall-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2016 f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Hu qal li din kienet telfa kbira li ħasdet mhux biss lill-familja u lill-familjari u l-ħbieb ta’ Albert Fenech, imma wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Bernard Grech fisser li f’dawn il-ħmistax li għaddew fil-media ħafna kienu dawk li esprimew il-ħsibijiet tagħhom u kitbu messaġġi ta’ xokk. Xokk doppju għaliex l-ewwel ħalliena l-Kirurgu Albert Fenech u mbagħad il-Konsulent tat-Tfal b’mard tal-kanċer Victor Calvagna.
F’isem l-Oppożizzjoni u f’isem il-Kamra nsellem ukoll lit-Tabib bravu u dedikat Victor Calvagna li kellu f’idejh il-kura tat-tfal fid-Dipartiment tal-Kanċer. Kien ukoll il-President ta’ Puttino Care li ta ħajtu kollha lit-tfal morda u lill-ġenituri tagħhom. It-Tabib Victor Calvagna ħallem kif inkunu ta’ servizz għall-oħrajn bla ma nistennew xejn lura.
Hu qal li l-Kirurgu Albert Fenech mess ħafna qlub u nissel ħafna tama fil-familji Maltin u għal dan il-poplu Malti jibqa’ grat lejk.
Telfa kbira; il-mewt ta’ dawn iż-żewġ professuri, hi telfa kbira għall-poplu kollu li tilef riżorsa umana imprezzabbli li għal snin sħaħ taw servizzi ta’ kura medika mogħtija b’intelligenza, b’kompetenza u b’umanità lil eluf ta’ familji. Iva tlifna żewġt imħuħ, żewġt iqlub.
Hu sellem lil dawn iż-żewġ tobba kbar u qal li dawn taw l-edukazzjoni u għallmu wkoll lil ħafna tobba u paramediċi żgħażagħ biex illum ħallew wirt mill-aktar b’saħħtu.
Edukazzjoni tat-tobba u paramediċi żgħażagħ
Bernard Grech fakkar kif kien Albert Fenech flimkien ma’ Alex Manche li waqqfu d-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-1996 wara li laqgħu l-istedina tal-Gvern Malti ta’ dak iż-żmien, ġew Malta mill-Ingilterra u ħallew warajhom il-vantaġġi kollha li kellhom biex jiġu hawnhekk u jkunu għas-servizz tal-poplu Malti u Għawdxi.
Malta llum qed tgawdi wieħed mill-aqwa Dipartimenti tal-Kardjoloġija fid-dinja. Hemm uħud mill-aqwa tobba u kirurgi f’dan is-settur.
Albert Fenech kien jagħti servizz mediku pubbliku minn qalbu u b’dedikazzjoni. Anki bħala Membru parlamentari kien ispirat mill-vokazzjoni tiegħu ta’ tabib. Meta rriżenja minn din il-Kamra għamel hekk għaliex emmen li kien se jagħti servizz aqwa ma’ Vitals iżda hu spiċċa diżappuntat għaliex l-imbrlolji u s-serq ta’ sptarijiet privati ma ħallihx jaħdem b’serenità. servizz konkret ma’ Vitals aktar minn din il-Kamra. Imbrolji tal-bejgħ ta’ tliet pstarijiet pubbliċi.
Bernard Grech qal li f’Malta l-Kirurgu Albert Fenech ħadem qatigħ iżda mbagħad, ftit tas-snini lu, il-Gvern warrbu u l-istess Albert Fenech ħassu l-imwarrab, imxekkel mill-qadi ta’ dmirjiet b’risq il-pazjent Malti.
Hu fakkar kif fl-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament, Albert Fenech kien iffoka fuq saħħet il-bniedem. L-impatt negattiv tal-istress. Kien enfasizza li biex tieħu d-deċiżjonijet it-tjaba trid tkun b’saħħtek fiżikament u mentalment.
Mit-teorija għadda għall-azzjoni… tabib bla għodda għandu potenzjal limitat, u Albert Fenech kien jinsisti li fejn hemm ħafna nies għandhom ikunu koperti b’makni ta’ risuxxitazzjoni.
Kors ta’ taħriġ għall-impjegati tal-Parlament dwar kif tintuża din il-magna. Bniedem b’ħafna kwalitajeit sbieħ, kuxjenza , albert Fenech għad-dedikazzjoni u l-ġenerazzjoni tiegħu li biha serva
Albert Fenech kellu qalbu kollha marbuta ma’ pajjiżna fejn kien jara kwalitajiet u sbuħija liema bħalha.
Ilkoll kemm aħna grati lejh.Insellem u nirringrazzja lill-Professur Albert Fenech u ta l-kondoljanzi lill-familja tiegħu
Il-Kamra sellmet lill-Kirurgu Albert Fenech li serva fit-Tnax-il Leġislatura bħala Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista. Hu ħalla din id-dinja lejn tmiem Diċembru li għadda.
Kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li sellem l-ewwel lill-Kirurgu Albert Fenech u fakkar li sa ftit tas-snin ilu ħafna kienu dawk li kienu jmutu minħabba attakki ta’ qalb li ma kienx hawn kura għal tali kundizzjoni.
Fakkar kif fil-pajjiż bdew isiru l-operazzjonijiet tal-by-pass iżda xorta wħada kien kun hemm għaxra jew ħmistax fil-mija tal-każijiet li kienu jfallu. Mal-milja tas-snin bdew jiddaħħlu aktar żviluppi ġodda fil-kura għal kundizzjonijiet tal-qalb.
Fost dawn iddaħħal f’Malta dak li hu magħruf bħala interventional cardiology u l-pijunier wara dan ma kien ħadd għajr il-Kirurgu Albert Fenech li kellu kapaċijiet straordinarji tant li salva eluf ta’ ħajjiet ta’ nies.
Grazzi għal din l-interventional cardiology illum saru tant avvanzi li diffiċli tmut. Hu faħħar lill-Kirurgu Albert Fenech u ddeskrivih bħala raġel ġenwin, għalliem ta’ tant u tant tobba żgħar bir-riżultat li llum f’Malta għandna wieħed mill-aqwa Dipartimenti tal-Kardjoloġija fid-dinja.
Albert Fenech, mhux biss kien Kirurgu mill-aqwa, iżda kien ukoll Membru Parlamentari għal kważi tlett snin – bejn l-2013 u l-2016. Ftit tkellem fil-Parlament u d-diskorsi tiegħu kienu qosra ħafna iżda dawk id-diskorsi kienu mimlija sugu u affarijiet tanġibbli.
Chris Fearne sellem mill-ġdid il-memorja ta’ Albert Fenech, ta l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu u temm jgħid li n-nuqqas ta’ dan il-Kirurgu se jħossuh ħafna wkoll il-pazjenti.
Hu qal li fl-aħħar tas-sena 2021 u l-bidu 2022 pajjiżna tilef żewġ ġganti kbar – Albert Fenech u Victor Calvagna.
Hu qal li fiċ-ċentri tas-Saħħa u f’Dipartimenti tas-Saħħa se jitfakkru dawn il-ġganti u dak li se jiġri se jkun fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħaż-Żabbar fejn se jitfakkar
//= $special ?>