L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jitpoġġa fi żvantaġġ sinifikanti meta mqabbel ma’ ajruporti oħra Ewropej, li sal-lum kollha qed jaċċettaw il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tat-tilqim kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien qed jirreferi għall-fatt li, mis-17 ta’ Jannar, il-Gvern Malti qed jippjana li jqassar il-perjodu ta’ skadenza – jiġifieri tliet xhur – għaċ-ċertifikati tat-tilqim kontra COVID-19 wara t-tieni doża, minflok il-perjodu ta’ disa’ xhur kif stipulat mill-Kummissjoni Ewropea.
Minħabba li Malta hija l-uniku Stat Membru li qassar il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tat-tilqim kontra l-COVID-19, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika impona ostaklu bla bżonn għar-residenti Maltin biex jivvjaġġaw, filwaqt li dgħajjef il-fiduċja tal-konsumatur għall-industrija tat-turiżmu tul il-perjodu tax-xitwa li huwa diġa ta’ sfida għas-settur turistiku.
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jappellaw lill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa sabiex iwaqqfu l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri bla bżonn u bl-addoċċ abbinati mal-ivvjaġġar, li jmorru kontra l-ispirtu tal-Unjoni Ewropea.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta saħaq li Il-Kummissjoni Ewropea stess qed titlob kjarifika wkoll minn Malta, hekk kif skont regoli ġodda tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru, l-istati membri kollha tal-UE jridu jaċċettaw kull ċertifikat ta’ tilqim li jkun inħareġ sa disa’ xhur qabel mill-amministrazzjoni tal-aħħar doża tat-tilqim għall-kontra l-Covid-19.
//= $special ?>