Edukazzjoni Lokali

It-tfal lura fuq il-bankijiet tal-iskola

Dalgħodu t-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex sebħu lura fuq il-bankijiet tal-iskejjel biex ikomplu bit-tagħlim tagħhom wara l-vaganzi tal-Milied.

Fil-ġranet li għaddew kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-ewwel jumejn tal-iskola, jiġifieri l-Ħamis u l-Ġimgħa, isiru b’mod virtwali biex tkun analizzata aħjar is-sitwazzjoni ta’ kemm hawn għalliema u studenti fi kwarantina obbligatorja jew pożittivi għall-Covid.

Dan wara li kienu saru laqgħat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-awtoritajiet tas-Saħħa, l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti, kif ukoll l-MUT.

L-indikazzjonijiet qed juru li tnejn minn kull għaxar għalliema jinsabu jew pożittivi għall-virus jew inkella fi kwarantina obbligatorja.