Il-Prim Ministru Robert Abela jibqa’ ma jiddeċidix quddiem każijiet serji u skandli fil-grupp Parlamentari tiegħu stess, fosthom fil-każ tad-Deputat tiegħu Ian Castaldi Paris… li għadu fil-grupp parlamentari Laburista minkejja li qed jaffaċċja investigazzjoni serjissima mill-awtoritajiet tat-taxxa.
Affaċjati mill-mistoqsijiet ta’ Net News dwar dan kollu, diversi Ministri u Deputati Laburisti ħarbu milli jwieġbu għaliex għadhom qed jiddefendu lil Ian Castaldi Paris.
F’Diċembru li għadda kien żvelat kif id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris ġie ordnat iħallas €300,000 f’taxxa mhux imħallsa u multi wara li saret investigazzjoni mit-Tax Compliance Unit li wriet li l-backbencher tal-Labour kellu mijiet ta’ eluf ta’ ewro ta’ dħul mhux dikjarat. Bl-istess Castaldi Paris, allegatament, għandu ġid li jlaħħaq il-miljun ewro.
Iżda quddiem dan kollu l-Prim Ministru Robert Abela u l-Grupp Parlamentari tiegħu għadhom ma ħadu ebda azzjoni fil-konfront tiegħu.
Min-naħa l-oħra, fid-dawl tas-sospensjoni tad-Deputat David Thake, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li dawn huma l-istandards li jemmen fihom u jipprattika l-Partit Nazzjonalista …għal kuntrarju ta’ Robert Abela li ma jiddeċidix quddiem każijiet serji ta’ governanza fil-grupp parlamentari tiegħu. Bil-Prim Ministru, it-Tnejn filghaxija, jaghzel li jibqa’ diehel il-Parlament fost battuti partiggjani kontra l-PN – u diskors negattiv, li issa sar sinonimu mieghu.
//= $special ?>