Johna Higgins għamilha għall-kwartifinali tal-Master li qed isiru fl-Alexandra Palace meta għeleb lil Zhao Xintong 6-2. Higgins kellu bidu mill-aqwa, b’Xintong jirkupra matul il-partita.
Break ta’ 104 ta vantaġġ ta’ 4-1 lil Higgins hekk kif aċċerta mir-rebħa bi break ieħor ta’ 78. Fir-round li jmiss, Higgins se jilgħab kontra Mark Williams. Għal Higgins din kienet it-28 darba tiegħu fil-Masters, minn naħa l-oħra għal Xintong dan kien id-debutt tiegħu.
Fi tmiem il-partita, Higgins faħħar lill-avversarju tiegħu u qal li huwa kburi ferm b’din ir-rebħa fuq Xintong.
//= $special ?>