Lokali

Konferma oħra mill-NSO: Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ikompli jiżdied

Ċifri maħruġa għax-xahar ta’ Novembru tas-sena 2021 jikkonfermaw li r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ tal-eta bejn il-15 u l-24 sena qed ikompli jiżdied minn xahar għal ieħor. Fil-fatt, l-istatistika tal-NSO tindika li l-Indiċi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ li jaqgħu f’din il-kategorija għal Novembru żdied b’0.6 fil-mija meta mqabbel ma’ Ottubru.

L-NSO stess ikkonferma li din hija tendenza li issa ilha għaddejja mis-sajf li għadda, b’żidied fil-qgħad fost iż-żgħażagħ xahar wara l-ieħor… għalkemm f’Novembru, iż-żieda kienet akbar mix-xhur l-oħra.

2021