Futbol Sport

Man Utd fir-raba’ rawnd tal-FA Cup b’rebħa fuq Aston Villa

(Ritratt: EPA)

F’Old Trafford Man Utd kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Aston Villa biex b’hekk saru l-aħħar tim li għamilha għar-raba’ round tal-FA Cup. Iż-żewġ coaches Ralph Rangnick kif ukoll Steven Gerrard għażlu li joħorġu b’formazzjonijiet inizjali b’saħħithom, bin-nuqqas ta’ Cristiano Ronaldo jispikka fl-ewwel ħdax ta’ Man Utd.

Man Utd skorjaw il-gowl uniku tal-partita fit-8 minuta meta minn cross mil-lemin ta’ Fred kien Scott McTominay li għola fuq kulħadd u bir-ras għeleb lil Emiliano Martinez għal 1-0. Intant fil-50 minuta Danny Ings ħaseb li ġab il-gowl tad-draw għat-tim tiegħu, bil-gowl ikun imħassar għal offside wara konsultazzjoni mal-VAR.