Nhar it-Tlieta 11 ta’ Jannar 2022, fis-6:00 ta’ filgħaxija ser tiġi ċċelebrata quddiesa solenni bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei flimkien mal-kor tal-Cappella Musicale Caeciliana.
F’din l-okkażżjoni tant importanti se jinħaraq ukoll salut mill-Għaqda Dilettanti Tan-Nar Pompei Marsaxlokk AD 2015 sabiex jimmarka dan l-anniversarju.
Imexxi din il-quddiesa il-Wisq Reverendu Kanonku Dun Luke Seguna, kappillan u rettur tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei.
//= $special ?>