Internazzjonali

Minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom f’nirien f’appartament fi New York

Ritratt: BBC News
Disgħa mill-vittmi huma tfal

Minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom wara li l-appartament fejn joqogħdu nħakem min-nirien. Fost il-vittmi hemm disgħa li huma tfal.

L-inċident seħħ il-Ħadd wara li n-nirien bdew fit-tieni u t-tielet sular ta’ blokka appartament li tinsab fi New York. Jidher li n-nar imbagħad kompla jinfirex fis-sulari l-oħra fejn instabu vittmi kważi f’kull sular.

F’dawn in-nirien indarbu iktar minn 60 persuna bi 13 minnhom jinsabu f’qagħda kritika.

Rapporti qed jindikaw li n-nirien bdew minn ‘electric heater’, bl-inċident ikun deskritt bħala wieħed mill-agħar li seħħew fl-aħħar snin.

Fl-operzzjoni ta’ salvataġġ kienu involuti madwar 200 pumpier.

Ritratt: Sky News

Fl-aħħar jiem seħħ inċident simili f’Philadelphia fejn fih tilfu ħajjithom 12-il persuna fosthom tmint itfal.