Internazzjonali

Myanmar: Ikompli l-kalvarju ta’ Suu Kyi

Qorti fi Myanmar ikkundannat lill-eks-Mexxejja tal-pajjiż, Aung San Suu Kyi (ritratt), għal erba’ snin oħra ta’ priġunerija. Dan wara l-aħħar f’sensiela ta’ proċessi bil-qorti fil-konfront ta’ Suu Kyi, li din id-darba nstabet ħatja dwar il-pussess illegali u l-importazzjoni tal-walkie-talkies u dwar ksur tar-regoli relatati mal-Covid-19.

Suu Kyi kienet ikkundannata għall-ewwel darba f’Diċembru fejn ingħatat sentenza ta’ ħabs imnaqqsa ta’ sentejn. L-eks rebbieħa tan-Nobel għall-Paċi ilha tinżamm taħt arrest mill-kolp ta’ stat militari ta’ Frar fi Myanmar u qed tiffaċċja numru ta’ akkużi. Il-komunità internazzjonali, intant, ikkundannat il-proċessi tal-qorti fil-konfront ta’ Suu Kyi bħala ‘qarrieqa’ u  mhumiex ġusti.