Fil-Qorti ta’ Melbourne, il-Magistrat Anthony Kelly iddelibera favur Novak Djokovic u neħħa d-deċiżjoni tad-Dipartment tal-Fruntiera Awstraljana. B’hekk wara li l-istess Dipartiment kien ikkanċella l-visa ta’ Djokovic, it-tennis Serb rebaħ l-appell u jista’ jibqa l-Awstralja.
Djokovic tħalla joħroġ mil-lukanda ta’ detenzjoni wara din id-deċiżjoni. L-appell milqugħ mill-Maġistrat Anthony Kelly inkluda ftehim bejn Novak Djokovic u l-Ministru tal-Intern Karen Andrews, fejn saħansitra sostna li Djokovic għandu jingħata kumpens ta’ dak li għadda minnu.
Madankollu kelliem għall-Gvern Awstraljan ikkummenta li l-Ministru tal-Immigrazzjoni jista’ jiddeċiedi hu jekk fid-dawl tas-sitwazzjoni joħroġx jew le il-visa lil Djokovic biex jieħu sehem fl-Open tal-Awstralja.
Deċiżjoni ta’ rifjut mill-Ministru tal-Immigrazzjoni tista twassal li Djokovic ma jkunx jista’ jikkompeti fl-Awstralja għal tliet snin, u saħansitra lanqas ikun jista’ jersaq lejn il-pajjiż.
Il-Maġistrat Anthony Kelly infurmat mill-avukati tal-Gvern bid-deċiżjoni li seta’ jieħu l-Ministru tal-Immigrazzjoni, qal li anke jekk ikun hemm kanċellament mill-istess Ministru, dan jista’ jkun appellat fil-Qorti.
//= $special ?>