Futbol Sport

Rebħiet għas-Senegal fl-aħħar ħinijiet…il-Marokk jaħsdu lil Ghana

Fi Grupp B, fi Stade Kouekong. Senegal għelbu 1- 0 lil Zimbabwe bil-gowl jasal fis-seba’ minuta ta’ ħin miżjud minn penalty mgħoti u skorjat minn SADIO MANE’ li għeleb lil Petros Mhari.

Mill-istess Grupp B : Guinea għelbu 1 – 0 lil Malawi bil-gowl skorjat minn ISSIAGA SYLLA li minn azzjoni ta’ Jose’ Kante fil-35 minuta għeleb lil Ernest Kakhobwe .

Fi Grupp C : Gowl fit-83 minuta minn SOUFIANE BOUFAL li għeleb lil Joseph Wollacott kien biżżejjed għal Marokk biex għelbu 1 – 0 lil Ghana.

Fil-partita l-oħra l-Gabon ukoll kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Comoros. Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal fis-16-il minuta permezz ta’ Aaron Salem Boupendza.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
Illum: Grupp B: Senegal v Zimbabwe 1-0, Guinea v Malawi 1-0 Grupp Ċ: Marokk v Ghana 1-0, Comoros v Gabon Għada: Grupp D: Nigeria v Eġittu 5.00pm, Sudan v Guinea – Bissau 8.00pm Grupp E: Alġerija v Sierra Leone 2.00pm