Futbol Sport

Torino jaħsdu lil Fiorentina b’rebħa komda

(Ritratt: EPA)

Torino kisbu rebħa mhux mistennija meta fi Stadio Olimpico Grande Torino għelbu lil Fiorentina 4-0 minkejja li Fiorentina kienu ġejjin minn ħames riżultati pożittivi. Torino fil-vantaġġ wara biss 19-il minuta permezz ta’ Wilfried Singo. Josip Brekalo għamilhom 2-0 fit-23 minuta bl-istess player jiskorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Torino ftit wara n-nofsiegħa logħob.

Fit-tieni taqsima, l-andament tal-partita baqa’ l-istes, bil-Viola jonqsu milli jwettqu reazzjoni u kien Antonio Sanabria fit-58 minuta li għamel l-iskor 4-0.