Lokali

Wara ħafna tkaxkir ta’ saqajn, titwaqqaf l-Awtorità dwar l-Użu tal-Kannabis

Il-psikoterapista Mariella Dimech inħatret bħala l-ewwel chairperson eżekuttiv tal-Awtorità dwar l-Użu tal-Kannabis, liema awtorità twaqqfet bis-saħħa tal-liġi li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru li għadda.

Din il-ħatra, li saret mill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici, hi għal perjodu ta’ tliet snin, u tħabbret permezz ta’ stqarrija.

Inħatar ukoll għal perjodu ta’ tliet snin l-ewwel Bord tal-Awtorità li, apparti li se jitmexxa minn Mariella Dimech, se jkun magħmul minn Janice Formosa Pace (Deputat Chairperson), Nadine Brincat, Sina Bugeja, Marius Caruana, Charles Cassar, Gabriel Farrugia, Paul Micallef u Charles Scerri.

Dan il-Bord twaqqaf wara l-kritika qawwija li rċieva l-Gvern minħabba li għadda liġi ta’ malajr, biex imbgħad lanqas kien hemm l-istrutturi neċessarji biex tiġi implimentata.