Lokali Parlament

Art agrikola m’għandiex tintuża għal solar farms

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex art agrikola ma tinużax għal solar farms għaliex din ikollha effetti negattivi kemm fuq l-agrikoltura kif ukoll fuq l-ambjent.

Fil-parlament Edwin Vassalo qal li l-applikazzjoni għal permess għal solar farm enormi bejn l-Imġarr u ż-Żebbiegħ juri kemm il-gvern mhux jaħdem biex l-ambjent ikun protett. Hu qal li l-art agrikola għandha tibqa’ għall-agrikoltura u m’għandhiex tintuża għal skopijiet oħra. Edwin Vassallo qal li hekk joħroġ dan il-permess se jkun hemm impatt qawwi fuq il-viżibilità taż-żona ambjentali. Il-policy tispeċifika li dawn is-solar farms m’għandhomx isiru f’żoni ambjentali.

Il-kwistjoni kollha se terġa’ tmur quddiem id-Dipartiment tal-Agrikoltura, sostna Edwin Vassallo, li appella biex il-gvern jikkunsidra bis-serjetà l-liġijiet dwar il-produzzjoni ta’ ikel frisk. Jeħtieġ li dwar l-artijiet tal-bdiewa issir ġustizzja tal-poplu Malti, sostna Edwin Vassallo.