Raġel ta’ 30 sena minn San Ġiljan qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tat-20:00 fi Triq in-Naxxar, San Ġiljan.
Fuq il-post immedjatament marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn Libjan ta’ 35 sena li jgħin Tal- Pietà u l-mutur misjuq mill-vittma.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>