Futbol Sport

Cagliari jegħlbu lil Bologna fl-aħħar minuti

(Ritratt: EPA)

F’Unipol Domus Cagliari kisbu rebħa drammatika fl-aħħar minuti tal-partita fuq Bologna bl-iskor ta’ 2-1. L-ewwel taqsima kienet waħda kajmana, biż-żewġ timjiet jonqsu milli joħolqu azzjonijiet perikolużi. Fit-tieni taqsima kienu Bologna li fetħu l-iskor fl-54 minuta meta kien Riccardo Orsolini li bi freekick mill-isbaħ għeleb lil goalkeeper Alessio Cragno għal 1-0.

Minkejja dan Cagliari irreaġixxew fil-71 minuta meta minn pass ta’ Gaston Pereiro kien Leonardo Pavoletti li xeħet il-ballun fix-xibka għal 1-1. Biex fil-ħin mogħti żejjed Bologna skorjaw il-gowl tar-rebħa meta minn pass ta’ Joao Pedro kien Gaston Pereiro li mill-viċin kkonkluda fix-xibka għal 2-1. B’din ir-rebħa Cagliari qawwew it-tamiet tagħhom li jsalvaw hekk kif telgħu fit-18 –il post b’16-il punt filwaqt li Bologna baqgħu fit-12 –il post b’27 punt.

SERIE A

Cagliari v Bologna 2-1