Lokali

Clyde Caruana jqabbel lis-sidien ta’ negozji mal-Komunisti

Diskors arroganti li jagħmel l-arja maż-żgħir – Gvern li ma’ sħabu jagħlaq għajnejh.

Hekk kien deskritt minn bosta sidien ta’ negozji l-aġir u l-kliem tal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana wara aktar minn nofs siegħa diskors fil-Parlament, fejn poġġa lil kull membru fil-komunità kummerċjali fl-istess keffa…daqslikieku huma kriminali.

L-eks Chief of Staff ta’ Abela, li tqiegħed fil-Parlament mill-Prim Ministru nnifsu u ngħata kariga għolja minnufih, ddeskriva bħala “komunisti” lis-sidien ta’ negozji li tul dawn l-aħħar sentjen ħabbtu wiċċhom ma kriżi wara l-oħra kawża tar-realtà tal-pandemija.

Fil-gimghat li ghaddew, il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni fil-Parlament sabiex jitħassar avviż legali kontroversjali li prattikament jeżenta taxxa fuq trasferiment ta’ proprjetà fil-konfront ta’ arretrati tat-taxxa dovuta.

Kemm il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll l-Istitut tal-Accountants kienu saħqu li din hija daqqa ta’ ħarta kbira għal min ġenwinament jimxi mal-liġi.

Madanakollu, l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ġiet rifjutata minkejja li fi kliem il-Ministru Caruana stess…. ammetta li hija skema li falliet qabel ma bdiet – għalkemm ma offra ebda soluzzjoni konkreta kif se jkun qed jiġbor it-taxxa dovuta.

Minflok offra s-soluzzjonijiet meħtieġa Clyde Caruana infexx f’attakk wara l-ieħor fuq il-komunità kummerċjali ….fejn stqarr li “żaqqu ħobża tesagħha imma kelma le”.

Huwa saħansitra attakka lill-midja indipendenti filwaqt li ddeskriva lil persuni li ma jaqblux miegħu bħala Fariżej…

Caruana għażel ukoll li jiżbilanċja ruħu u jisħaq li mhux jemmen in-numri li jippreżentaw ċertu negozji hekk kif insista li ma jistax jifhem kif il-Labour jgħid li l-ekonomija sejra tajba u huma bilkemm jagħmlu profitt.

Diversi kienu dawk li saħqu li filwaqt li qablu f’ħafna punti li għamel Clyde Caruana, diskorsu kien pjuttost surreali meta l-Gvern tal-Labour dejjem għażel li jiddfendi l-iskandli wieħed wara l-ieħor tal-aħħar 8 snin. Eks Ministri Laburisti li skoprew li kellhom il-cash id-dar. U politici li fethu kumpaniji sigrieti barra l-pajjiz.

Bin-nies tal-hwienet jghidu li ma sħabhom jagħlqu għajnejhom, iżda maż-żgħir juru snienhom.

Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech jestendi l-bracket ta min jiġbor it-taxxa tal-VAT minn €30,000 għal €60,000 bil-għan li verament ikun indirizzat l-għoli tal-ħajja f’dan il-pajjiż.