Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna tlett persuni tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar fuq il-midja soċjali li dawn kienu żewġ nisa ta’ 77 u 81 sena kif ukoll raġel ta’ 81 sena.
Dan ifisser li pajjiżna rreġistra 12-il fatalità fl-aħħar ġimgħa… bil-vittmi tal-virus f’pajjiżna issa jammontaw għal 492.
Ta’ min jiġi nnotat li l-Gżejjer Maltin ilhom ma’ jirreġistraw imwiet tal-pandemija għal tminn ġranet sħaħ b’mod konsekuttiv…sa mill-bidu ta’ April li għadda.
Intant, bejn it-Tnejn u t-Tlieta kienu 432 il-każi ġodda ta’ Covid-19…b’126 persuni pożittivi li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li l-pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intesiva żdiedu għal 9.
Fl-aħħar 24 siegħa qed jitqiesu bħala mfejqa mill-virus 868 persuna minkejja li s’issa dawn il-persuni mhux obbligati li jerġgħu jagħmlu swab test li jikkonfermalhom li fiequ mill-virus.
Dan kollu jfisser li l-każi attivi f’pajjiżna bħalissa qed jammontaw għal 13,614.
//= $special ?>