Lokali Unjoni Ewropea

FILMAT: L-MEPs u l-impjegati tal-Parlament Ewropew jingħaqdu f’tislima lil David Sassoli

Għadd ta’ Membri Parlamentari Ewropej u impjegati tal-Parlament fi Brussell inġabru barra l-binja tal-Parlament u għamlu minuta ta’ tislima b’ċapċipa lill-President David Sassoli, li miet kmieni dalgħodu.

Fost l-oħrajn, magħhom ingħaqdu wkoll iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa.

Ikkummenta