Formula 1 Sport

Il-futur ta’ Lewis Hamilton fil-Formula 1 għadu inċert

(Ritratt: EPA)

Il-futur tas-seba’ darbiet champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton għadu inċert wara li l-Brittaniku tilef il-kampjonat fl-aħħar dawra tal-aħħar Grand Prix f’Abu Dhabi. It-tim ta’ Mercedes rtiraw protest li ressqu quddiem l-FIA fejn talbu investigazzjoni rigward il-proċeduri kontroversjali tas-safety car fl-aħħar dawra.

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li din l-investigazzjoni jaf ikollha impatt fid-deċiżjoni ta’ Hamilton dwar il-futur tiegħu fil-Formula 1.

Il-kampjonat tal-Formula 1 għall-istaġun 2022 mistenni jibda fl-20 ta’ Marzu, bil-maġġoranza tat-timijiet diġa bdew bit-testijiet fuq il-karozzi tagħhom.