Futbol Sport

In-Niġerja b’rebħa fuq l-Eġittu… L-Alġerija miżmuma minn Sierra Leone

F’partita bejn tnejn mill-favoriti li jirbħu dan it-turnament, in-Niġerja ħarġu rebbieħa fuq l-Eġittu bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku wasal fit-30 minuta meta kien l-attakkant ta’ Leicester City Kelechi Iheancho li b’volley tajjeb xeħet fix-xibka għal 1-0. In-Niġerja iddominaw il-kumplament tal-partita, bl-Eġizzjani ftit li xejn impenjaw lil goalkeeper Niġerjan Maduka Okoye.

Iċ-champions attwali l-Alġerija kienu miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Sierra Leone. Fl-ewwel taqsima Sierra Leone kienu viċin li jiftħu l-iskor b’żewġ konklużjonijiet ta’ Alhaji Kamara jgħaddu ftit barra. Fit-tieni taqsima l-Alġerini resqu viċin b’konklużjoni ta’ Yacine Brahimi, bil-goalkeeper idawwar f’corner xutt tal-midfielder ta’ Man City Riyad Mahrez. Sierra Leone kienu mgħejjuna fid-difiża mill-eks internazzjonali Ingliż Steven Caulker li għin lit-tim tiegħu jżommu l-ewwel clean sheet sa mill-1996.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Grupp D Nigeria v Eġittu 1-0, Sudan v Guinea-Bissau 0-0 Grupp E Algerija v Sierra Leone 0-0 Għada: Grupp E E.Guinea v Kosta tal-Ivorju 8.00pm Grupp F Tuneżija v Mali 2.00pm, Mauritania v Gambia 5.00pm