Lokali

Net TV se jxandar il-funeral ta’ Victor Calvagna

Tfal u żgħażagħ li fiequ mill-kanċer se jkunu parti essenzjali mill-Aħħar Tislima lit-Tabib Victor Calvagna, li se tinżamm għada waranofsinhar fil-Bażilika tal-Mosta.

Fi stqarrija, Puttinu Cares spjegat li matul il-Quddiesa, dawn se jkunu qed ipoġġu fjura ħdejn it-tebut bħala simbolu ta’ ringrazzjament għall-fejqan tagħhom.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet it-Tabib Calvagna se tixxandar fuq YouTube minn dan il-link: https://www.youtube.com/watch?v=XQNHGYjseQw

Anke Net TV se jkun qed iwassal din l-istess xandira (ikkordinata minn Puttinu Cares) bi trażmissjoni diretta fuq l-istazzjon.