L-EFL mhux se tkun qed tinvestiga lit-tim ta’ Liverpool fuq testijiet pożittivi li ħarġu b’mod żbaljat, li wassal biex jitħassar l-ewwel leg tas-semi finali tal-EFL Cup kontra Arsenal.
Skond rapporti fil-media Ingliża, xi clubs Ingliżi insistew li Liverpool jkunu investigati wara li l-coach Jurgen Klopp stqarr li Trent Alexander-Arnold biss kien pożittiv għall-Covid-19, bil-plejers l-oħra jkollhom riżultat pożittiv li ħareġ b’mod żbaljat.
Minkejja dan l-EFL kienet sodisfatta bl-evidenza li wera l-club ta’ Liverpool għall-posponiment tal-partita fil-ħin li ġiet imħassra.
Intant l-ewwel leg ta’ din is-semi finali se jintlagħab nhar il-Ħamis 13 ta’ Jannar f’Anfield, filwaqt li t-tieni leg se jintlagħab fl-20 ta’ Jannar fl-Emirates Stadium.
//= $special ?>