Lokali

“Nistennew li l-membri tal-bord jiddikjaraw kemm tħallsu mill-Gvern fl-aħħar 20 sena” – Repubblika

“Il-gvern dam 6 sitt xhur biex ħatar dan il-kumitat li għalina hu pass kajman wisq meta titqies l-urġenza tar-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-inkjesta.”

Dan intqal mill-grupp Repubblika fejn spjegaw li għalkemm f’dan l-istadju mhux se jikkumentaw fuq individwi maħtura fuq dan il-Bord, innotaw li waqt li wħud għandhom kwalitajiet tajba biex jagħtu dan il-kontribut, hemm membri oħra li m’ghandhomx l-indipendenza mill-gvern u l-lealtà lejn l-interess pubbliku u tal-professjoni ġurnalistika qabel kunsiderazzjonijiet oħra.

Repubblika insistiet li qed jistennew li l-membri maħtura jiddikjaraw pubblikament xi tħallsu mill-gvern fl-aħħar 20 sena tax-xogħol tagħhom biex il-pubbliku jiġġudika l-pariri li jagħtu fil-kuntest tal-integrità u l-indipendenza tagħhom.


Il-Membri tal-grupp sostnew li jinsabu diżappuntati meta jaraw assenza totali ta’ esperti internazzjonali u ta’ esperti Maltin ta’ integrità u kompetenza kbira fuq dan il-kumitat meta jafu għax dan sar fil-pubbliku li għadqiet internazzjonali esperti u promoturi tal-libertà tal-espressjoni offrew l-għajnuna tagħhom lill-gvern.