Futbol Sport

Player Tork imut f’inċident tat-traffiku f’Ankara

Il-player internazzjonali tat-Turkija Ahmet Calik miet f’inċident tat-traffiku f’Ankara, il-kapitali tat-Turkija. Calik li kellu 27 sena lagħab tmien darbiet għat-tim nazzjonali tat-Turkija u għall-aħħar żewġ staġuni lagħab ma’ Konyasport fit-Turkija. Rapporti fit-Turkija jindikaw li l-eks difensur ta’ Galatasaray kien qed isuq il-vettura meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, b’konsegwenza li nqaleb u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Federazzjoni tal-Futbol fit-Turkija fi stqarrija offriet il-kondoljanzi tagħha lill-familja tal-player filwaqt li l-eks attakkant ta’ Arsenal u Galatasaray Lukas Podolski esprima x-xokk tiegħu għal din l-aħbar permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.