Raġel residenti Santa Venera kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei hekk kif jinsab jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum.
Il-każ seħħ fit-830 tat-Tlieta filgħodu f’razzett fi Triq Ħal Farruġ, fis-Siġġiewi meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 65 sena weġġa’ serjament wara waqgħa.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>